Lokali Parlament

Jeħtieġ miżuri fuq il-prezzijiet esaġerati tal-kirjiet

Id-deputat Stephen Spiteri

– Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri appella biex jittieħdu miżuri dwar il-kirjiet esaġerati tal-kiri tal-appartamenti.

Fid-dibattitu dwar l-Awtorità tad-Djar, Stephen Spiteri qal li l-akkomodazzjoni għandha tmur għal min verament għandu bżonn fosthom dawk li ma jistgħux ilaħħqu mal-kirjiet. Hu qal li minkejja s-surplus fl-ekonomija, fl-akkomodazzjoni soċjali għad hawn problemi. Mhux aċċettabbli li jkun hawn 3,500 applikant għall-akkomodazzjoni soċjali. Hemm numru minn dawn l-applikazzjonijiet iridu jkunu indirizzati b’mod immedjat.

Hu qal li ż-żieda esaġerata fil-kirjiet qed toħloq problemi kbar; din mhix sitwazzjoni ġusta ma’ familji fil-bżonn li għandhom pagi medji ta’ €900 fix-xahar li minnhom iridu jħallsu €400 jew €500 fix-xahar f’kirjiet. Wasal iż-żmien li jittieħdu miżuri biex il-problema inġusta tal-kirjiet tkun indirizzata. Il-gvern għandu jżid l-appartamenti biex jitnaqqas in-numru ta’ applikanti u biex il-kirjiet ma jibqgħux daqshekk għoljin.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-persuni li jkunu riabilitati mid-droga jew ħarġu mill-ħabs qed isibu diffikultà biex isiru akkomodazzjoni.

M’għandux ikun aċċettat li jsiru inganni biex fmailji jiksbu appartament għalkemm it-test tal-mezzi mhux dejjem hu l-aktar mod ġust kif jittieħdu deċiżjonijiet.