Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Silvio Meli ordnat li jiġu mħallsa €5,000 lil seba’ priġunieri transgender, ħamsa Maltin u tnejn barranin minħabba li ġew miksura d-dritijiet tagħhom kif ukoll ġew iddiskrimnati mid-diriġenti tal-Facilta Korrettiva ta’ Kordin.
Il-każ immur lura sentejn meta l-priġunieri ressqu rikors fil-Qorti jghidu li sakemm kienu qiegħdin jiskontaw is-sentenzi tagħhom fil-ħabs, kienu jitqiesu bħala rġiel minflok nisa.
Huma qalu wkoll li priġuniera oħra kif ukoll gwardjani tal-ħabs kienu jgħatuhom fastidju, jabbużaw minnhom sesswalment, anke bi vjolenza, kif ukoll kienu jġheluhom jinħaslu mal-irġiel għalkemm huwa biddlu s-sess tagħhom.
Filwaqt li ordnat lid-Direttur tal-Ħabs sabiex tkompli ssir ir-riforma meħtieġa, hija tat raġun lil priġuniera talli ngħataw dan it-tip ta’ trattament u ordnat biex jitħallsu €4000 għal ksur tad-drittijiet fundamentali kif ukoll €1,000 għad dannu li sar lid-dinjità tal-priġunieri minħabba l-indifferenza fid-diversità.
//= $special ?>
