“L-agrikoltura jista’ jkollha biss futur jekk nattiraw u ninvestu fil-bdiewa u raħħala żgħażagħ. Għalhekk qed nipproponu aktar investiment fi skemi li jgħinu bdiewa żgħażagħ jkollhom aċċess għall-art agrikola kif ukoll biex intejbu l-aċċess, l-użu u l-ammont tal-fondi għall-bdiewa żgħażagħ.” Qal dan L-MEP Nazzjonalista Francis Zammit Dimech hekk kif fil-Parlament Ewropew sar dibattitu fuq il-futur tal-agrikoltura u l-provista tal-ikel kif ukoll fuq il-miżuri li jassistu l-bdiewa żgħażagħ.
Zammit Dimech fakkar kif fl-aħħar ġimgħat hu ltaqa’ ma’ bosta bdiewa u raħħala. Hu spjega li bosta żgħażagħ esprimew diffikultajiet biex isibu art li jaħdmu. Filwaqt li din hi problema f’pajjiżi oħra wkoll, f’Malta fejn l-art hi limitata din hi problema dejjem akbar. “Hu għalhekk li qed nitolbu sabiex ir-riforma fil-politika tal-agrikolutra ssaħħaħ skemi li jgħinu liż-żgħażagħ jkollom aċċess għall-art.”
Zammit Dimech enfasizza li kif jgħidu r-rapporti konċernati hemm bżonn aktar għajnuna liż-żgħażagħ sabiex ikollhom aċċess għal fondi b’żieda xierqa fil-baġit u anqas burokrazija. Hu qal li kien laqtu kumment ta’ żagħżugħ Għawdxi li kien qal “nixtieq nieħu l-fondi tal-UE biex nagħmel aktar kuraġġ”. Fid-dawl ta’ dan, Zammit Dimech saħaq li hemm bżonn ngħinu lil dawk iż-żgħażagħ speċjalment dawk li huma bdiewa ġodda u li ħadd mill-familja tagħhom ma qatt ħadem f’dan il-qasam u li għandom il-volonta li jirnexxu, permezz ta fondi, ħiliet intraprenditorjali u tagħrif dwar is-settur.
Filwaqt li laqa’ inizjattivi fejn il-gvern qed jikkonsulta mal-bdiewa, Zammit Dimech saħaq li l-gvern irid jagħti l-eżempju b’għemilu. Hu qal li hu inspjegabbli li flok frott u ħaxix frisk u lokali, l-gvern Malti kien qed jagħti lit-tfal prodott iffriżat b’detriment għall-bdiewa Maltin. Dan meta l-Kummissjoni Ewropea tissuġerixxi li l-fondi Ewropej jintefqu fuq prodotti lokali u fuq short supply chains.
Fid-dibattitu fil-Parlament Ewropew saret ukoll referenza qawwija għall-bżonn ta’ renumerazzjoni xierqa għall-prodott agrikolu, qasam li fuqu tkellmu bosta bdiewa Maltin f’laqgħat li kellhom ma’ Zammit Dimech. Filfatt l-MEP Malti kien enfasizza dan il-punt flimkien mar-rapporteur Herbert Dorfmann fejn talbu biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-bidwi fil-food supply chain.
//= $special ?>MEP @FrancisZD insists that the future of agriculture relies on our ability to attract young people into farming and invest heavily in them. @EP_Agriculture @EPPGroup pic.twitter.com/Y4RYFtlQHR
— EPP_MT (@EPP_MT) May 29, 2018