Kurżitajiet Lokali

In-nanna Lucia illum tagħlaq 80 sena; tiċċelebra bi skydive!

Għandha 18-il neputi u 3 pro-neputijiet

Ftit hawn nies pożittivi u jħobbu l-ħajja daqs Lucia (ritratt). Illum Lucia Tanti tagħlaq l-eta’ sabiħa ta’ 80 sena, u ma’ Net News spjegat li s-sigriet tal-ħajja hu wieħed – gawdi kull ġurnata!

Biex tiċċelebra għeluq snina Lucia ilbieraħ wettqet waħda mill-ħolmiet ta’ ħajjitha. Dan hekk kif kontra kull parir li tawha, qabżet minn ajruplan u għamlet skydive.

Apparti mill-iskydive innifisha, Lucia użat din l-avventura biex tiġbor fondi għar-riċerka kontra l-kanċer. Lucia fil-fatt diġa’ ġabret kwazi 900 Sterlina għal din il-kawża ġusta.

Dondazzjonijiet jintlaqgħu fuq dan is-sit.

Lucia hi nanna ta’ 18-il tifel u tifla, u bużnanna ta’ tlieta.