Lokali

Seba’ kumpaniji premjati għall-promozzjoni tal-ugwaljanza

Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-promozzjoni tal-ugwaljanza illum organizzat il-konferenza annwali tagħha fl-awla magna fl-universita’ l-antika fil-Belt Valletta.

Waqt din il-konferenza ġie spjegat kif il-kummissjoni qed tkompli bix-xogħol tagħha billi, fost l-oħrajn, tinvestiga ilmenti dwar diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol. Il-kummissjoni tipprovdi wkoll taħriġ fejn hemm bżonn, tqajjem għarfien fuq is-suġġett u tippubblika u tqassam informazzjoni lill-pubbliku.

Il-Kummissjoni tat ukoll il-kontribut tagħha waqt il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewopa.

Waqt il-konferenza tqassmu ċertifikati ta’ ugwaljanza lil seba’ kumpaniji li kisbuh għall-ewwel darba, kif ukoll lil kumpaniji oħra li kisbuh drabi oħra qabel.

Għall-din il-konferenza kienet preżenti Graziella Attard Previ f’isem il-Partit Nazzjonalista.