Lokali

Sewwieq mill-Birgu ferut gravi wara ħabta f’Bormla

Ftit wara, seħħ inċident ieħor fis-Siġġiewi

Raġel ta’ 56 sena mill-Birgu sofra ġrieħi serji wara ħabta li seħħet fi Triq l-Immakulata f’Bormla. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11am.

Il-vittma kien qed isuq karozza Nissan illi ħabtet ma’ BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 30 sena.

Intant, jidher li għall-ħabta tas-2pm seħħet ħabta oħra, din id-darba fil-bypass tas-Siġġiewi bejn karozza, trakk u vann.

Fil-post issejħet ambulanza li ħadet mara l-isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ fiz-zona magħrufa bħala Wesgħet il-Palazz fejn ftit metri ‘l bogħod ġiet installata speed camera.