Futbol Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

TAZZA TAD-DINJA: Carvajal xorta se jżomm postu fl-iskwadra Spanjola

Hekk kif issa fadal 16-il jum għall-bidu tat-Tazza tad-Dinja, jidher li d-difensur Spanjol Dani Carvajal xorta waħda se jkun fl-iskwadra minkejja li weġġa’ fil-finali taċ-Champions League is-Sibt li għadda.

Hu kellu jkun mibdul fl-ewwel taqsima u mill-ewwel testijiet li saru dan se jdum madwar tliet ġimgħat biex jirkupra.

L-ewwel logħba ta’ Spanja fit-Tazza tad-Dinja se tkun dik kontra l-Portugall fil-15 ta’ Ġunju.