Internazzjonali

Uragan tal-2017 ħalla ’70 darba aktar maqtula’ miċ-ċifra uffiċjali

L-Uragan Maria li kien laqat Puerto Rico f’Settembru li għadda, ħalla talanqas 4,600 mejtin — bl-ammont ikun sebgħin darba akbar miċ-ċifra tal-vittmi uffiċjali.

Dan ħareġ minn studju tal-Università ta’ Harvard, bir-riċerkaturi jgħidu li ‘terz tal-mejtin mill-uragan kienu dovuti għall-intoppi fis-servizzi għall-kura medika kkaġunati minn qtugħ tad-dawl, inkella l-qerda tat-toroq li ostakolat il-ħidma ta’ fejda.

L-intervisti li saru fi Puerto Rico indikaw żieda ta’ 60 fil-mija fil-każi tal-mewt relatati għall-uragan, fit-tliet xhur ta’ wara l-maltemp. Dan meta ċ-ċifra tal-mewt uffiċjali kienet ta’ ’64 vittma’.

L-esperti qed jgħidu li s-sistemi biex jikkalkulaw l-ammonti preċiżi tal-vittmi mill-uragan ‘iffaċċjaw il-kumplikazzjonijiet’ minħabba l-qerda li rriżultat mill-elementi.