Internazzjonali

WARA 4 SNIN: Tintemm uffiċjalment it-tfittxija għall-MH370

Ġiet konkluża mingħajr suċċess l-inizjattiva privata li kienet inbdiet sabiex jinstab l-ajruplan tat-titjira MH370 tal-Malaysian Airlines.

Il-bastiment Ocean Infinity kien qed juża apparat apposta biex janalizza qiegħ il-baħar, bit-tama li jinstabu fdalijiet tal-ajruplan fl-Oċejan Indjan. Il-gvern tal-Malasja qal li mhux se jibda tfittxijiet ġodda għall-ajruplan tat-titjira MH370.

L-ajruplan “sparixxa” b’mod misterjuż fit-8 ta’ Marzu 2014, waqt titjira minn Kuala Lumpur lejn Beijing.