Internazzjonali

AĠĠORNATA: Żewġ Pulizija nisa maqtula f’Liege

Il-Pulizija kkonfermaw li l-aggressur inqatel

Żewġ Pulizija u persuna li kienet għaddejja fit-triq sfaw maqtula fi sparatura li seħħet dalgħodu fil-belt Belġjana ta’ Liege.

Il-mottiv wara l-isparatura għadu mhux ċar. Għalkemm il-Pulizija Belġjana qalet li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll.

L-uffiċjali tal-Pulizija maqtula kienu żewġ nisa, illi skont ir-rapporti sfaw maqtula bl-arma stess li kienu qed iġorru. Dan wara li r-raġel aggredihom, u ħadilhom l-armi.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.