Fi tmiem il-ġimgħa li għadda il-Fondazzjoni Jaye Malta organizzat is-serata finali u preżentazzjonijiet tal-premjijiet għall-programmi Start Up u l-Programm tal-Kumpaniji.
Għal dawn l-aħħar tletin sena l-Young Enterprise provdiet servizzi ta’ edukazzjoni non-formali. Illum Young Enterprise toffri disa’ programmi differeni għal studenti ta’ etajiet varji.
Permezz tal-Young Enterprise, studenti jitgħallmu kif idea ta’ negozju jibdluha minn idea għall-kunċett sakemm il-prodott isir lealtà u dan billi l-istudenti joħolqu l-kumpanija u jħadmuha huma stess.
Il-kumpanija Evolveco minn San Alwiġi rebħet il-Jaye Malta Company of the Year Award għall-programm dwar il-kumpaniji. Grazzi għal dan ir-riżultat issa Evolveco se tkun qed tipparteċipa fi Sfida Ewropeja f’Belgrad f’Lulju li ġej. F’din il-kategorija fit-tieni post spiċċaw il-grupp Faze u fit-tielet post spiċċat Samsara.
Il-kumpanija Celuna minn St. Martin’s Institute of Higher Education rebħet il-kategorija ta’ Jaye Malta Start Up Company of the Year for the Start Up Programme. F’dan il-każ ir-rebbieħa ta’ din il-kategorija se jipparteċipaw f’Riga f’Ġunju li ġej. Din kienet it-tieni sena konsekuttiva li St. Martin’s rebaħ din l-istess kategorija.
Minbarra dawn ir-rebbieħa kien hemm sensiela oħra ta’ awards li ngħataw lill-kumpaniji parteċipanti.
//= $special ?>