“Kien sabiħ illi l-Ministru u l-esponenti tal-Gvern kienu preżenti għall-mixja ta’ solidarjeta’ li saret mal-uffiċjali tal-Pulizija. Iżda kont nippretendi li l-Ministru stess jindirizza lil dawk preżenti u jgħidilhom li t-talbiet tal-unions ġew indirizzati”.
Hekk stqarr l-avukat Joe Gilgio waqt il-programm Net Live fejn kien hemm diskussjoni li fiha ħa sehem ukoll l-eks Supretendent Martin Bayliss.
Meta rrefera għall-mixja ta’ solidarjeta’ fil-Belt, l-avukat Giglio kien ċar ħafna. “Iddarrast nara l-Ministru fuq quddiem, meta sippost qed isib is-soluzzjonijiet”.
Joe Giglio qal ukoll illi n-nuqqas ta’ rispett lejn uffiċjali tal-Pulizija ilu jseħħ anke minn snin ilu, u mhux fenomenu ta’ dan l-aħħar.
//= $special ?>