Internazzjonali

Cottarelli se jċedi; Salvini ma jridx aktar lil Di Maio

Di Maio u Salvini
Il-President Mattarella lest jifforma Gvern ta' emerġenza

Il-mexxej tal-Lega Matteo Salvini jidher illi qatta’ kompletament il-karti ma’ Luigi Di Maio tal-Movimento 5 Stelle (M5S) – il-Lega ma tridx li jkollha alleanzi ma’ Di Maio u trid biss li t-Taljani, kemm jista’ jkun malajr, jivvutaw għal Gvern ġdid.

Hekk qed tirrapporta l-media fl-Italja hekk kif għal ġurnata oħra kompliet tkaxkar il-kriżi politika fil-pajjiż ġar tagħna.

Salvini hu favur Gvern ta’ emerġenza sakemm it-Taljani jerġgħu jivvutaw. Anke l-persuna magħżula biex ikun Prim Ministru, Carol Cottarelli, issa qed jgħid li huwa possibbli jifforma Gvern politiku ta’ emerġenza.

Di Maio minn naħa tiegħu għadu jinsisti li Giuseppe Conte għandu jinħatar Prim Ministru, kif kien il-pjan oriġinali maqbul bejn il-M5S u l-Lega.