Internazzjonali

ŻVOLTA IMPORTANTI: Il-ġurnalist Russu mhux veru kien maqtul

Il-ġurnalist Arkady Babchenko
Babchenko hu ġurnalist speċjalizzat fi stejjer investigattivi dwar il-Kremlin

Rapporti fil-media internazzjonali qed jikkonfermaw illi l-ġurnalist Russu li kien maħsub li inqatel, fil-verita’ għadu ħaj. Dan hekk kif illum wara nofsinhar tfaċċa f’konferenza tal-aħbarijiet.

Fil-fatt, sar magħruf illi dan kien biss komplott mis-Servizzi Sigrieti Ukreni sabiex jinqabdu dawk li provaw joqtluh. “Kienet biss maħduma bil-għan li jinqabdu r-Russi”, qal kelliem għas-Servizzi Sigrieti.

Tant hu hekk illi lanqas il-mara tiegħu stess ma kienet taf b’dan il-komplott.

AKTAR KMIENI

Il-Pulizija Ukrena qed tinvestiga l-assassinju tal-ġurnalist Russu Arkady Babchenko illi inqatel ilbieraħ fi Kiev. Skont il-Pulizija, Babchenko inqatel b’tiri ta’ arma tan-nar qrib id-dar tiegħu fil-kapitali Ukrena.

Kienet il-mara tal-istess ġurnalist illi sabet lil żewġa mixħut mal-art f’għadira demm.

Babchenko kellu 41 sena, u kien ġurnalist speċjalizzat fi stejjer investigattivi dwar il-Kremlin u t-tmexxija fir-Russja.

Il-Pulizija Ukrena fetħet investigazzjoni dwar dan il-każ.