Dan l-aħħar Aloysians Prominent kisbu suċċess hekk kif fil-finali tan-Knockout tal-irġiel għelbu lil La Salle MultiLotto bi skor ta’ 30- 24.
Kienu La Salle li fetħu vantaġġ ta’ 4-0 li kien biżżejjed matul l-ewwel taqsima u dawn ikkontrollaw ir-reazzjoni ta’ Aloysians biex għalqu l-ewwel taqsima 14-10 fil-vantaġġ.
Fil-bidu tat-tieni taqsima kien heazzjoni immedjata minn naħa ta’ Aloysians biex ġabu d-draw, bl-iskor ikun dak ta’ 14-14.
Ir-reazzjoni minn La Salle waslet tard b’Aloysians jagħlqu fuq l-offensiva għar-riżultat finali ta’ 30-24.
L-aħjar skorer tal-partita kien Chris Magro ta’ la Salle bi 12-il-gowl filwaqt li l-aqwa plejer tal-partita kien Robin Matruchot ta’ Aloysians.
Il-logħba kienet ikkontrollata mir-referees Michael Tanti u Steve Cilia.
Fil-finali tan-knock-out tan-nisa La Salle għelbu lil Swieqi Gasan Insurance Phoenix 23-19. Partita li mmaturat fl-ewwel taqsima wara li bejn l-14 u t-30 minuta fetħu vantaġġ ta’ 8-0 u wisq aktar wara li għalqu l-ewwel taqsima 13-5 minn fuq.
Minkejja reazzjoni minn Swieqi Phoenix, La Salle baqgħu superjuri biex rebħu 23-19.
L-aħjar skorer kienet Kristina Kalla b’ħames gowls b’Raffaela Zammit Tabona ta’ La Salle tiġi vvutata bħala l-aqwa plejer tal-partita.