Jum ieħor ta’ inċertezza għall-poplu Taljan hekk kif il-forzi politiċi mhux jaqblu fuq il-persuna magħżula mill-President Mattarella biex imexxi l-pajjiż. Minn naħa tiegħu, il-President tar-Repubblika qed jagħmel minn kollox biex jevita l-possibilta’ ta’ elezzjoni bikrija fis-Sajf.
Diversi analisti politiċi qed jirreferu għal din is-sitwazzjoni bħala “kriżi infinita”, tant illi anke pajjiżi kbar bħal Franza u l-Istati Uniti jinsabu mħassba b’dak li qed jiġri fl-Italja.
Intant il-ġurnali fl-Italja dalgħodu qed jerġgħu jitfgħu dawl fuq il-possibilta’ mill-ġdid ta’ Gvern iffurmat mill-Movimento 5 Stelle u l-Lega. Kemm Di Maio kif ukoll Salvini lbieraħ tennew illi jinsabu lesti biex jigvernaw. Magħhom ingħaqdet Giorgio Meloni ta’ Fratelli d’Italia li ukoll qed tappoġġja Gvern ta’ maġġoranza immexxi minn koalizzjoni Lega-M5S.
//= $special ?>