Ambjent Lokali

Il-Kummissjoni Ambjent tal-Knisja toġġezzjona mal-Awtorita’ tal-Ippjanar

Fuq dan il-proġett daħlu numru rekord ta' oġġezzjonijiet

Il-Kummissjoni Interdjoċesana Ambjent oġġezzjonat formalment mal-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-iżvilupp propost fis-sit tal-ITS f’Pembroke. Il-Kummissjoni qalet li tħoss li l-proġett jagħmel għajb lil sistema ta’ ippjanar li l-għan tagħha għandu jkun li toħloq u taqdi komunitajiet sostenibbli.

Fost l-oġġezzjonijiet, il-Kummissjoni Ambjent qalet li l-proġett mhux dejjem qed josserva l-floor-area-ratio kif stabbilit mill-policy għall-bini għoli, u anke dwar l-impatt tat-traffiku ġġenerat minn dan il-proġett.

Il-Kummissjoni oġġezzjonat ukoll dwar l-impatt li l-proġett se jkolli fuq il-komunitajiet tal-madwar. Fil-fatt fl-aħħar jiem saret ukoll protesta mir-residenti taz-zona.

Net News irrapporta wkoll kif fuq dan il-proġett daħlu numru rekord ta’ oġġezzjonijiet.