Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Il-prodotti tal-bdiewa Maltin għandhom jintużaw fl-iskema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel – Zammit Dimech

Nistenna li fl-iskema tal-frott u l-ħaxix li jitqassmu fl-iskejjel iffinanzjat minn fondi Ewropej, jintuża l-prodott tal-bdiewa Maltin u mhux ikel iffriżat.
Dan neċċesarju biex ngħinu l-bidwi Malti jkun rikonoxxut għall-ħidma tiegħu u biex nassiguraw li t-tfal fl-iskejjel jieklu prodott ġenwin.

Qal dan l-Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech fil-Parlament Ewropew. Zammit Dimech. Hu żied jgħid li kien sodisfatt li llum bosta proposti li kellmuh fuqhom il-bdiewa Maltin u Għawdxin ġew approvati mill-Parlament Ewropew. Hu qal li issa wieħed jistenna azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea.

Zammit Dimech qal dan wara li fl-aħħar jiem bosta ġenituri qalu li l-ikel provdut lit-tfal kien friżat. Apparti min hekk bosta bdiewa li qabel kienu jiprovdu l-frott u l-ħaxix spiċċaw kellhom jarmu l-prodott tagħhom.

“It-tfal fl-iskejjel jixirqilhom li jingħataw frott u ħaxix frisk” – il-Partit Nazzjonalista