– Marthese Portelli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli sostniet li l-Awtorità tal-Artijiet għandha poter kbir u għalhekk għandu jkun assigurat li ma jkunx hemm abbużi mill-art pubblika. L-Awtorità tal-Artijiet ma tistax tagħmel inġustizzja u trid tassigura li ssir ġustizzja ma’ kulħadd.
Meta tkellmet fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità tal-Artijiet, Marthese Portelli rriferiet għar-rapporti fil-media li James Piscopo se jkun is-CEO l-ġdid tal-Awtorità tal-Artijiet. Dan minkejja li intqal ukoll li se toħroġ sejħa pubblika. Is-CEO tal-Awtorità għandu jkun CEO tal-poplu mhux tal-Prim Ministru Ministru. Hu ttamat li dan l-artiklu ma nkitibx biex persuni interessati jkunu skoraġġiti milli japplikaw.
Marthese Porelli qalet li l-PL kien wiegħed li se jsir smigħ parlamentari għall-persuni li se jmexxu l-awtoritajiet. Dwar l-esproprijazzjonijiet, hi qalet li s’issa m’hawnx mekkaniżmu effettiv għal min tittiħdilu l-propjetà tiegħu u għalhekk din għandha tkun indirizzata minnufih. Dan hu l-mument li din il-problema għandha tkun solvuta propju minħabba s-surplus.
Dwar in-nies li xtraw il-propjetà mingħand il-gvern u għandhom fuq konvenju, Marthese Portelli qalet li dawn in-nies qed isibuha diffiċli biex ibiegħu l-propjetà tagħhom. Fil-kirjiet trid issir ġustizzja ma kulħadd; kemm mas-sidien kif ukoll mal-inkwilini. Hi semmiet il-persuni bi bżonnijiet speċjali u qalet li għandu jkun il-gvern li jrid joffri soluzzjonijiet dwar il-problemi soċjali.
Marthese Portelli semmiet rapport fuq manweldelia.com fejn intqal li art industrijali ta’ 5,000 metru kwadru f’Bulebel li qed jingħad li ngħatat lil Kasco Ltd għal 65 sena. Din hi art pubblika u ma jidhirx li din l-art riedha biss il-Kasco. Hi staqsiet x’tip ta’ evalwazzjoni qed issir dwar l-artijiet.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-Prim Ministru ilu tliet snin biex jipprovdi lista ta’ espropriazzjonijiet li saru f’perjodu ta’ tliet xhur iżda l-Prim Ministru baqa’ ma ppubblikax din l-informazzjoni. L-Awtorità tal-Artijiet u l-Awtorità tal-Ippjanar għandhom ir-responsabbiltà li jassiguraw li ma jkunx hmem abbużi minn art tal-Gvern, kif qed isir bl-art tal-proġett tal-ITS.
Hi appellat biex il-burokrazija tkun indirizzata immedjatament għaliex din qed toħloq problemi kbar fl-Awtorità tal-Artijiet.
//= $special ?>