Infetħet inkjesta mill-Maġistrat Neville Camilleri
Raġel ta’ 65 sena sofra feriti serji wara li waqa żewġ sulari f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ illum għall-ħabta ta’ 12:15pm fi Triq Santa Rita f’Birkirkara.
Il-vittma ġie assistit mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim paramediku li wasal mill-isptar Mater Dei.
Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ, filwaqt li infetħet inkjesta.
//= $special ?>