Tliet żgħażagħ li qed jiġu akkużati b’kummenti ta’ mibegħda fil-konfront tal-Pulizija ngħataw il-ħelsien mill-arrest aktar kmieni illum wara li qattgħu 11-il ġurnata arrestati.
Kylie Cutajar ta’ 21 sena, Ritmark Borg ta’ 28 sena u Josef D’Amato ta’ 24 sena wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom fil-Qorti. Huma kienu kitbu kummenti meqjusa estremi jum biss wara li ttajjar il-Kunistabbli Simon Schembri.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tat il-ħelsien mill-arrest lil Cutajar u D’Amato fuq depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €5,000 kull wieħed. Huma jridu jmorru jiffirmaw tliet darbiet u ma joħorġux mid-dar bejn nofs il-lejl u s-7am.
Borg ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq l-istess kundizzjonijiet imma fuq garanzija personali ta’ €8,000 u ebda depożitu.
Ġew ordnati wkoll biex ma jitkellmux bejniethom.
Meta kienu nżammu arrestati, il-Maġistrat Joe Mifsud kien qal li l-Qorti tħoss li għandha tibgħat sinjal ċar lis-soċjetà li l-Forzi tal-Ordni għandu jkollhom il-protezzjoni kollha u ħadd m’għandu d-dritt, jew iżebblagħhom jew ixewwex fil-konfront tagħhom,
//= $special ?>