Lokali

Arti bil-Marġerina mill-Culinary Arts Programme tal-ITS

Bħala parti mill-Culinary Arts Programme, grupp ta’ 30 student tal-ITS, taħt is-superviżżjoni tal-lecturer Andrew Farrugia, ħolqu skulturi billi użaw il-marġarina. Dawn l-inkulturi jinkludu fost oħrajn, annimali, karozzi u saħansitra kavvallieri u plejers tal-futbol.

F’kumment lil NET News Andrew Farrugia qal li dan kien it-teni simestru u li fl-ewwel simestru l-istudenti ħolqu strutturi taċ-ċikkulata.

Huwa qal li l-għan ta’ dan il-proġett kien li barra li jitgħallmu jużaw il-materjal l-istudenti jitgħallmu aktar l-arti inġenerali, li fix-xogħol tad-dolċerija ser jiġu bżonnha.

Fuq kull skultura ħadmu zewġ studenti li kellhom sa massimu ta’ 12-il siegħa sabiex ilestuħ.