Il-Pulizija kkonfermat il-qtil ta’ raġel u l-feriment ta’ żewġ persuni waqt attakk li kienet tinvolvi strument tal-ponta’ fuq ferrovija li kienet għaddejja mill-belt ta’ Flensburg, qrib il-fruntiera mad-Danimarka.Il-mejjet huwa r-raġel responsabbli għall-attakk u ma jidhirx li l-inċident kellu xi skop terroristiku.
Filwaqt li d-dettalji tal-inċident ma kenux ċari, magħruf li waħda mill-midruba hi pulizija mara ta’ 22 sena.
Il-gazzetta Bild irrappurtat li l-inċident beda wara tilwima sħuna bejn żewġ irġiel fuq il-ferrovija, b’wieħed jattakka lill-ieħor u jferih serjament b’daqqiet ta’ sikkina. Ingħad li r-raġel armat, imbagħad, ħebb għall-uffiċjal tal-pulizija meta hi ppruvat tintervjeni u tikkalma l-affarijiet u fejn ‘hi, eventwalment, sparat fuqu biex tiddefendi ruħha.’
L-aħħar rapporti, fissru lill-aggressur bħala raġel ta’ 24 sena mill-Eritrea li kien mar il-Ġermanja, fl-2015, biex ifittex kenn politiku.
Attakk fuq ferrovija fi Flensburg


