Ħaddiema tad-dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalagħodu ssejħu f’pompa tal-petrol fi Triq tal-Barrani, ż-Żejtun hekk kif irriżulta li kien hemm leak minn tank li jaħżen il-gass LPG.
Fuq il-post dehru diversi ħaddiema u nġenji tal-protezzjoni ċivili u membri tal-pulizija biex jikkontrollaw it-traffiku.
Id-dipartimenti tal-Protezzjoni Ċivili qal li l-ħaddiema tagħhom issiġillaw it-tank biex b’hekk tneħħa kull periklu li seta’ kien hemm.
Issa mistenni li jitkompla x-xogħol mal-inġiniera sabiex jinstab x’ikkawża l-leak.
//= $special ?>
