Lokali

Il-funeral ta’ Colin Muscat għal nhar it-Tlieta li ġej

Il-funeral ta’ Colin Muscat, ir-raġel ta’ 36 sena mill-Mosta li tilef ħajtu traġikament waqt splużjoni fil-kamra tan-nar fis-Salini, limiti tan-Naxxar, nhar is-Sibt li għadda, se jsir nhar it-Tlieta li ġej, fir-Rotunda tal-Mosta, fit-3.30pm.

Muscat miet wara li l-isplużjoni kkawżatlu ħruq ta’ 95% ta’ ġismu. F’din l-isplużjoni, li l-kawża tagħha għadha mhix stabbilita, korrew ukoll Clint Grima ta’ 25 sena minn Ħad-Dingli u t-tfajla ta’ Colin, Sharona. Fortunatament il-ġrieħi li sofrew dawn tal-aħħar ma kinux daqstant gravi.