Lokali Parlament

Il-korruzzjoni qed tagħmel ħsara kbira lill-investiment fil-pajjiż

– Kristy Debono, PN

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-korruzzjoni li qed titwettaq u n-nuqqas ta’ azzjoni kontriha qed jagħmlu ħsara kbira lill-investiment fil-pajjiż.

Fid-dibtattitu parlamentari dwar il-mozzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil ta’ flus, Kristy Debono qalet li r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea kien wieħed aħrax li kkonferma li s-sitwazzjoni hi waħda inkwetanti dwar il-ġejjieni tal-investiment fil-pajjiż. Hi sostniet li waħda mill-ikbar ġlidiet tal-UE hi l-ħasil tal-flus.

Malta dejjem irnexxielha tgħeleb kull sfida fis-settur iżda r-rapporti wara l-iksandli tal-korruzzjoni qed ibiddlu s-sitwazzjoni. Dan qed isir waqt li l-pajjiż qed jipprova jidħol f’setturi ġodda u partikolarment wara Brexit u quddiem kumpaniji tal-gaminr li qed isaħħu l-investiment.

Malta tibqa’ taħt skrutinju kbir għaliex il-Gvern ma jridx jibgħat messaġġ li li qed iwettaq dak li jgħid. Malta se jkollha l-eżami tal-Maloneyval li se jevalwa l-prattiċi ta’ Malta kontra l-ħasil tal-flus; jista’ jkun li Malta tinsab lura ferm fit-tħejjija għal dan l-eżami. Kristy Debono awgurat li Malta tgħaddi minn dan l-eżami importanti.

Dan huma rapporti konsistenti u persistenti minn sorsi diversi u l-gvern ma jistax jibqa’ jgħid li dawn huma stejjer ivvintati. Dawn l-istejjer mhux jgħinu l-immaġini tal-pajjiż. Il-gvern mhux jieħu azzjoni; din hi l-agħar triq li qed jieħu l-pajjiż. Hu l-ksur tal-liġi u l-korruzzjoni li qed jagħmlu ħsara lill-pajjiż.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-passi għandhom jittieħdu kontra min jikser il-liġi waqt li l-ġurnalisti li jinvestigaw il-korruzzjoni għandhom ikunu protetti.