Lokali

Il-kuntistabbli Simon Schembri joħroġ mill-ITU

Kien ilu 16-il jum jingħata kura intensiva mit-tobba ta' Mater Dei

Simon Schembri, il-Pulizija li ġie aggredit fil-15 ta’ Mejju li għadda b’daqqa ta’ karozza, kompla jirkupra s-saħħa tiegħu tant li dalgħodu t-tobba irrilaxxawh mill-ITU.

Din kienet aħbar pożittiva ferm għall-mara u t-tfal ta’ Schembri, kif ukoll għall-kollegi kollha tiegħu li wrew appoġġ kontinwu lejh fl-aħħar jiem.

Persuni qrib il-familja Schembri qalulna li l-pulizija ferut issa qiegħed fil-Burns Unit ta’ Mater Dei. Simon Schembri qed jitkellem u anki nizluh fuq il-putruna biex jiekol.

Iż-żagħżugħ Liam Debono jinsab akkużat bl-attentat ta’ qtil tal-kuntistabbli Schembri.