– Simon Busuttil, PN
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li l-Prim Ministru Joseph Muscat tilef l-awtorità li jmexxi u li jieħu passi kontra l-Ministru Konrad Mizzi u l-Kap tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja Keith Schembri u issa sar kompliċi.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-Rapport tal-Parlament Ewropew dwar Ħasil ta’ Flus u Evażjoni ta’ Taxxa Simon Busuttil qal li fuq rapport bħal dan kellha ktun l-Oppożizzjoni li titlob li jkun diskuss wara li dan ħareġ f’Jannar li għadda.
Dan wara li l-gvern lanqas biss iddiskutih wara li għaddew ħames xhur. Dan hu rapport kiritiku għal Malta; bħala minimu kulħadd għandu jieqaf u jaħseb għaliex l-istituzzjoni daqshekk importanti qed titkellem b’dan il-mod fuq Malta. L-emenda tal-Gvern qed tibdel il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni; qisu fil-pajjiż mhu jseħħ xejn.
Mhux soltu li l-UE tieħu passi fil-konfront ta’ pjajiżi membri dwar il-ġustizzja u s-saltna tad-dritt. Fost l-eċċezzjonijiet li qed titratta l-UE hemm il-Polonja, l-Unġerija, ir-Rumanija u anki Malta fejn qed iqumu mistoqsijiet jekk l-affraijiet hux sejrin tajjeb. Il-Gvern qed imeri s-sewwa magħruf u qed jitratta r-rapport bħala ħmerija u invenzjoni. Dan meta r-rapport hu bbażat fuq il-verità tal-fatti bi 13-il rakkomandazzjoni.
Ir-rapport jitratta l-ġustizzja fejn jgħid li għandha ssir ġustizzja fuq il-każ ta’ korruzzjoni li jinvolvi lil Keith Schembri u Konrad Mizzi. Ir-rapport qed jitlob lill-Prim Ministru jieħu l-passi kontrihom għax jekk ma jsirx hekk se ssir ħsara kbira lill-pajjiż għax inkella jintbagħat messaġġ li fil-pajjiż hawn kultura ta’ impunità. Din hi għajta għall-ġustizzja li suppost iħaddanha kulħadd.
Id-deputat Nazzjonalista qal li jista’ jkun li Konrad Mizzi u Keith Schembri għadhom għaddejjin fl-attività kriminali tagħhom. Il-Gvern mhux jirrealizza li jekk mhux se jressaqhom il-qorti, se jagħmel ħsara kbira lill-pajjiż. Il-Pulizija qatt ma nvestigathom, sostna Simon Busutti, li qal li m’għandux ikun hemm bżomm il-Kummissjoni Erwopea titkellem biex jittieħdu l-passi għaliex dawn missu ħadhom il-gvern Malti.
Simon Busuttil semma’ l-istituzzjonijiet u qal li dawn mhux jiffunzjonaw kif suppost għax m’humiex jieħdu l-passi meħtieġa fil-konfront ta’ Konrad Mizzi u Keith Schmebri. Il-pulizija, l-Avukat Ġenerali, l-FIAU m’għamlux id-doveri tagħhom fejn l-FIAU lanqas qalet jekk importanti intbagħatx għand il-pulizija. Il-Gvern kien se jaħbi l-fatt li Keith Schmebri inqabad jieħu l-flus fuq il-bejgħ tal-passaporti. Minflok qed jittieħdu passi kontra min joħroġ l-informazzjoni. Il-Gvern ried jaħbi dak li kien qed isir ħażin.
Ir-reazzjoni tal-Gvern kienet li m’għamel xejn minkejja li għaddew ħames nin għaliex il-Prim Ministru m’għndux l-awtorità politika u morali li jnħeħihom għaliex inkella jkollu jinżel hu. Huma inqabdu u hemm allegazzjonijiet kbar li għamel reat kriminali iżda l-Prim Ministru żammom u daħal f’morsa.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-Prim Ministru ma ħax passi kontra ministru li siefer mit-taxxi tal-poplu fi tmiem il-ġimgħa f’Monaco fejn saret il-Gran Prix. Il-poplu ħallas €11,000 għal dan il-vjaġġ. Il-Prim Ministru ma jistax jieħu passi kontra l-ministiru involut għax ma ħax passi kontra Keith Schembri u Konrad Mizzi. Il-Prim Ministru seta’ kien parti mis-soluzzjoni iżda issa sar kompliċi u sar parit mill-problema.
Simon Busuttil kompla li l-ħsara lil Malta qed issir minn min jagħmel il-korruzzjoni. Kienet pubblikata email li tikxef il-pjan biex Konrad Miziz u Keith Scheembri jieħu €150,000 fix-xhar. Din hi l-verità. Hu talab li ssir inkjesta u l-qorit qalet li din it-talba kellha titwettaq f’inkesta li diġà għaddejja. Ir-risposta tal-gvern hi li l-inkjesta biex ikun investigata l-iskandlu ta’ Panama Papers ma ssir; il-gvern ma jridx li idn issir.
La darba l-Prim Ministru tilef l-awtorità li jieħu passi, id-deputati tal-gvern għandhom jaraw għaliex sar ir-rapport li sar minn deputat Soċjalista u se jerġgħu jiġu b’delegazzjoni oħra f’Malta. Hawn konflitt bejn l-interessi ta’ Keith Schembri, tal-Prim Ministru u tal-Ministru Konrad Mizzi.
//= $special ?>