Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li hemm indikazzjonijiet li ċ-Chairmna tal-Bankl Pilatus Ali Sadr waqqaf kumpanija tal-kostruzzjoni bl-iskop li jidħol fis-settur lokali tal-kostruzzjoni.
Dan tkellem dwaru id-deputat Nazzjonalista meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus f’Malta.
Karol Aqulina semma lil Ali Sadr u qal li dan għandu kuntatti tajbin ħafna f’Malta tant li Keith Schembri u l-Prim Ministru kienu mistiedna għat-tieq tiegħu f’Firenze. Ali Sadr ġej minn waħda mill-iktar familji sinjuri fl-Iran li hi involuta fil-kostruzzjoni, żejt u banek kummerċjali. Il-kumpanija Stratus International Contracting JS hi wkoll tal-familja Sadr.
Dan irriżulta minn email li kiteb Ali Sadr stess. Din il-kumpanija tagħmel xogħlijiet kbar ta’ kostruzzjoni. Il-kumpanija Iranian International Housing Corporation hi wkoll tal-familja Sadr, tqabbdet mill-Gvern tal-Venezwela biex tibni 7,000 dar u tħallset $450 miljun dollaru Amerikan.
Ali Sadr kien involut ukoll fi grupp żgħir ta’ nies biex jitwettaq dan il-proġett u biex il-fus jgħaddihom mis-sitema bankarja Amerikana bi ksur tal-liġi biex jibgħathom lill-kumpaniji u lill-familja tiegħu fl-Iran. Quddiem dawn l-akkużi, Ali Sadr jista’ jeħel sa 125 sena ħabs fl-Amerika. Il-Gvern Amerikan għandu provi li l-flus minn dak il-proġett intużaw biex jitwaqqaf il-Bank Pilatus f’Malta.
Il-kumpanija Malta International Construction Limited hi wkoll ta’ Ali Sadr, li waqqaf ukoll kumpaniji oħra biex jidħol fl-industrija tal-kostruzzjoni. Waqt li qed jisker il-liġi Amerikana, Ali Sadr fetaħ kumpanija biex jidħol fl-industrija tad-djar soċjali. Mhux stabbilit għaliex Ali Sadr ried jidħol fl-industrija tal-bini soċjali f’Malta meta hu biss il-gvern Malti li jagħmel dan.
Id-deputat Nazzjonalista staqsa x’kontijiet kellha l-kumpanija fil-Bank Pilatus, xi flus għaddew mill-bank Pilatus f’isem din il-kumpanija, jekk din il-kumpanija intużatx biex Sadr jgħaddi flus maħmuġin minn Malta, jekk l-MFSA u l-FIAU jafux b’din il-kumanija u jkek jafu, x’passi ħadu meta Ali Sadr tressaq il-qorti fl-Amerika. Hu staqsa jekk il-Gvern Laburista kinx qed jiftiehem ma’ Ali Sadr dwar il-proġett ta’ €50 miljun fi djar soċjali li se jinbnew f’Malta.
//= $special ?>