– David Stellini, PN
Id-deputat Nazzjonalista David Stellini sostna li biex fil-pajjiż isseħħ ir-rikonċiljazzjoni fost il-poplu, l-awtoritajiet iridu jassiguraw li ssir ġustizzja ma’ min jikser il-liġijiet tal-pajjiż.
Meta kien qed jitkellem fil-parlament fid-dibattitu dwar il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa, David Stellini qal li fil-pajjiż diffiċli jkun hawn rikonċiljazzjoni jekk ma jkunx hemm ġustizzja. Dan issostnih ukoll is-Soċjalista Federica Mogerini, qal id-deputat Nazzjonalista, li staqsa kif is-Soċjalisti Ewropej iħarru lejn il-Gvern Laburista ta’ Joseph Musscat.
Rapport tal-KE dwar il-korruzzjoni ddikjara li s-sistema tal-ġustizzja f’Malta għad qed tiffaċċja sfidi kbar fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u li hemm nuqqasijiet ta’ goveranza li qed jeffettwaw b’mod negattiv in-negozju u l-investiment f’Malta. L-effettività biex tkun miġġielda l-korruzzjoni anki fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni jrid jitjieb f’Malta, qalet il-Kummissjoni Ewropea.
David Stellini kompla li l-FIAU sabet evidenza suffiċjenti biex tikkonkludi li hemm suspett raġonevoli li Keith Schembri kien involut f’ħasil ta’ flus li jinġiebu minn kriminalità. Keith Schembri djejem qal li kien jaf dwar il-kumpanija 17 Black.
Ir-rikonċiljazzjoni ma tistax isseħħ jekk il-Prim Ministru ma jneħħix li Keith Schmebri. Hu talab lill-Prim Ministru biex jieħu l-passi meħtieġa u jagħti kas l-interessi u l-għajxien ta’ eluf ta’ nies li jiddependu mis-servizzi finanzjarji.
//= $special ?>