Lokali Qorti

JAQA’ L-LIBELL: Il-Ministru Chris Cardona jerġa’ ma jitfaċċax il-Qorti

Ir-raġel ta' Caruana Galizia jgħid li uliedu ġew imwissija li għalissa aħjar jibqgħu barra minn Malta

Tensjoni kbira fil-Qorti dalgħodu hekk kif il-libell li fetaħ Chris Cardona dwar iż-żjara tiegħu f’Acapulco ġie kanċellat.

Il-każ jitratta l-libell li fetaħ hu stess kontra Daphne Caruana Galizia u kontra l-media tal-PN dwar l-istorja ta’ Acapulco.

L-avukat Pawlu Lia talab biss li jixhdu t-tliet itfal ta’ Caruana Galizia. Iżda għal darb’oħra, Chris Cardona ma tfaċċax fil-Qorti għas-seduta tal-lum.

Minn naħa tiegħu, l-avukat Zammit Meample talab biex tiġi applikata l-“liberatorja”, ċioe’ li l-Qorti twaqqa’ l-każ minħabba li min qed jagħmel il-libell għal darb’oħra ma deherx il-Qorti.

It-talba ġiet milqugħa temporanjament mill-Maġistrat Francesco Depasquale.

Fis-seduta qamet ukoll tensjoni meta Peter Caruana Galizia qal li uliedu ma kienux Malta fuq parir tal-Pulizija stess.