Lokali Parlament

Mhux se jattendi ċ-ċerimonja tas-Sette Giugno bi protesta kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassalo ddikjara fl-Aġġornament li ma kinx se jattendi għaċ-ċermonija uffiċjali tas-Sette Giungo 1919 bi protesta kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż u kontra l-fatt li l-istituzzjonijiet llum huma siekta u m’humiex jieħdu l-passi kif meħtieġ.

Edwin Vassallo rrifera għall-fatt li fil-PAC, il-Ministru Josè Herrera sostna li d-deputati jagħmlu prattiċi korrotti f’kull ħaġa li jagħmlu u qal li għall-Ministru Herrera dan hu fatt għax hmem wieġeeb fil-PAC. Hu m’assoċjax lilu nnifsu minn dan il-kliem u qal li ma jistax jibqa’ silenjuż quddiem dan il-kliem. Edwin Vassallo sostna li l-Ministru Herrera jrid jagħmel din l-ammissjoni fuqu nnifsu u qed jammetti dak li qed iħoss.

Hu qal li mhu se jippermetti li l-Ministru Herrera jitkellem f’ismu u ddikjara li ma jaqbilx ma’ dak li qal il-Ministru Herrera. Mhux aċċettabbli li għax hawn prattiċi tal-massa li jimbuttaw lejn prattiċi korrotti, il-politiċi m’għandhomx jaċċettaw li din tkun is-sitwazzjoni. Skont il-Ministru Herrera, hu aċċettabbli jsiru prattiċi korrotti.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-ħażin m’għandux ikun leġiżlat u sostna li hu għadu jemmen fit-tajjeb. Għandna nirbħu l-ħażin bit-tajjeb, sostna Edwin Vassallo, li kompla li ma jabilx mal-loġika li taqbel u tivvavorixxi l-korruzzjoni. Is-soċjetà hi maħkuma mill-korruzzjoni, speċjalment taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat fejn bil-korruzzjoni sar jaqbillek.

Il-Gvern għalq ħalq l-istituzzjonijiet tant li l-FIAU kellha kull raġuni biex tinvestiga iżda dan ma sarx għaliex inbidlu ħames kummissarji tal-pulizja sakemm il-gvern sab wieħed li jissodisfah. Ir-rieda tal-investigazzjoni llum intilfet għaliex l-istituzzjonijiet spiċċat paraventu tal-gvern. Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi nqabdu li għandhom kumpaniji sigriet u kien misshom irriżenzjaw fuq kodiċi ta’ etika.

Il-Ministru Josè Herrera qiegħed f’dak il-grupp ta’ ministri li jopera bla etika fejn il-ħażin sar tajjeb u ma rriżenja ħadd minnhom. F’pajjiżi barranin politiċi rriżenjaw iżda f’Malta m’hawnx il-mistħija tar-riżenji. L-arroganza tal-korruzzjoni tinħass anki fil-parlament.

Fil-parlament jawn deficit morali u l-Ispeaker għandu jiġbed l-attenzjoni dwar dan, sostna Edwin Vassallo, li kompla li lluum id-deputati Laburisti saru chairmen tal-awtoritajiet. F’każi orħa d-deputati jingħataw iktar ħlas billi jitpoġġew f’awtoritajiet bħal Heritage Malta. Dawn is-sitwazzjonijiet mhux suppost jaħdmu, sostna Edwin Vassallo.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia intervjena u sostna li ma kinx qed jaqbel ma’ dak li kien qed jgħid id-deputat Nazzjonalista

Hu qal li mhux se jattendi għaċ-ċerimonja tas-Sette Giungo biex juri protesta paċifika wara d-diskors li qal l-Ministru Josè Herrera u wara li l-kultura tal-korruzzjoni – li hi l-kultura tal-mewt tad-demorkaija – sirna qisna qed nirrikorru għal soċjetà li fiha kollox jibqa’ qisu xejn mhu xejn. L-istituzzjonijiet huma mixtrija u li m’humiex jiddefendu lill-poplu iżda l-interessi tal-gvern u tal-ispekulaturi.

Il-Gvern qed iqis il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bħala kriminalità meta din hi kriminalità organizzata. Fil-pajjiż kollox hu falz u fake fejn id-demokrazija hi kważi falza. Ma’ Joseph Muscat, fl-aħħar 10 snin, kielu ħafna u Joseph Muscat ma kilx waħdu.

Fil-passat Jospeh Muscat kien tkellem dwar il-korruzzjoni fil-PL fi żmien Mintoff iżda issa l-istess Joseph Muscat se jiftaħ monument lill-istess Mintoff. Il-Prim Ministru għaraf iħallas biex isib il-qbil u kulaħdd jiftaħ idejh għaċ-ċejka.

Edwin Vassallo sostna li ċ-Chairman tal-għaqda tal-kostruzzjoni spiċċa konsulent tal-Prim Ministru fuq il-bini. Hu qal li l-flus mhux kollox sostna li l-Gvern jagħmel minn kollox biex jixtri l-voti.

Edwin Vassallo sostna li ma jiflaħx jara lill-pajjiż u lill-poplu jgħix iktar fil-korruzzjoni u fil-kultura tal-mewt f’soċjetà fejn l-għatx għall-poter qed jiddomina. Din hi marda qarrieqa; ma nistgħux nibqgħu siekta. Hawn fabbrika tal-cancer fit-toroq bl-emissjonijiet tal-karozzi iżda hawn ħmieġ ta’ ammoralità. Ma nistgħux nibqgħux ngħixu f’soċjetà li minnha twarrab is-sens tal-ħażen. Il-Gvern warrab il-kodiċi ta’ etika.

Edwin vassallo appella biex kulħadd jaħdem flimkien biex tinbena soċjetà fuq il-valuri.