Knisja Lokali

Missjoni oħra għall-Arċisqof Scicluna fiċ-Ċili

Il-ħidma din id-darba se tkun ikkonċentrata fid-Djoċesi ta’ Osorno

Fi tmiem din il-ġimgħa, kif mistenni, il-Papa Franġisku se jilqa’ f’Casa Santa Marta grupp ta’ saċerdoti miċ-Ċilì. Dan wara xhur sħaħ ta’ dellijiet koroh li intefgħu fuq il-Knsija fiċ-Ċili bl-akkużi ta’ abbużi minn membri tal-kleru fuq tfal.

Is-Santa Sede ikkonfermat li l-Papa se jibgħat ittra miktuba minnu stess lill-President tal-Konferenza Episkopali taċ-Ċilì, kif kien wiegħed lill-Isqfijiet.

U illum sar magħruf illi sabiex jitkompla l-proċess ta’ riparazzjoni u fejqan tal-vittmi ta’ dan l-abbuż, fil-jiem li ġejjin fuq talba tal-Papa Franġisku, l-Arċisqof Charles J. Scicluna u Mons. Jordi Bertomeu se jerġgħu jmorru ċ-Ċilì.

Din id-darba, il-missjoni tagħhom se tkun ikkonċentrata fid-Djoċesi ta’ Osorno.