Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li filwaqt li l-PN jemmen li x-xogħol għandu jinħoloq b’investiemt nadif li jġib l-opportunitajiet, il-Gvern Laburista jibbaża l-ekonomija tiegħu fuq investiment maħmuġ li fih hemm flus maħmuġin.
Meta għalaq id-dibattitu parlamentari fuq il-mozzjoni tal-Oppożizzjoni dwar ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-liġijiet tas-servizzi finanzjarji kien hemm qbil li ż-żewġ naħat jaħdmu flimkien bla partiġġjaniżmu biex Malta tkun ċentru ta’ eċċellenza u tattira investiment ta’ kwalità.
Kien hemm il-liġi tal-1988 li ħolqot is-settur finanzjarju fl-offshore banking. Fl-1990/91, il-Gvern Nazzjonalista għażel li jtejjeb dak li ried il-pajjiż u jaċċetta l-aħjar investiment barrani fl-International Trading Company System. Malta kienet diġà bniet reputazzjoni biex tieħu direzzjoni differenti u til is-snin Malta kompliet issaħħaħ is-sistemi u ġiet anki onshore. Bid-dħul fl-UE Malta ħolqot sistema ta’ liġijiet li attirat investiment serju, nadif u ta’ veru li kien qed joħloq opportunitajiet ġodda b’impjiegi ta’ valur miżjud kbir.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li fil-bidu dan ma kinx faċli iżda b’għażliet serji Malta bniet reputazzjoni eċċellenti. Ftit ilu inqalbet id-direzzjoni bi gvern li l-għażla tiegħu kienet bil-maqlub ta’ dak li kien qed isir. Il-pajjiż beda jaċċetta kollox u jħajjar jiġu fil-pajjiż nies li ma jafux x’inhi serjetà. Dawn bdew jużaw u jabbużaw minn Malta biex flus maħmuġin jgħaddu mis-sistema bankarja Maltija. Kollox tela’ fil-wiċċ b’dak li kien żvelat. Kien hemm każ wara l-iħeor ta’ kumpaniji u banek li ġew Malta biex jaħslu l-flus u li l-kapital maħmuġ tagħhom kien ġej minn attività kriminali.
Dawn intużaw biex jinfetħu kontijiet għal min irid jidħol f’din ix-xibka. Flok ittieħdu l-passi kontra min abbuża, il-pajjiż għandu jagħmel minn kollox biex min naqas ikun protett. Hu semma l-Pilatus Bank u qal li l-PN kien talab li l-istituzzjonijiet jieħdu passi immedjati u jirrevokw lil-liċenzja tal-Bank. Il-Gvern baqa’ sieket u l-istituzzjonijiet m’għamlu xejn. Illum kien stabbilit li l-flus biex twqqaf dan il-bank kienu flus maħmuġ iżda l-liċenzja tal-Pilatus għad ma kinitx revokata.
Adrian Delia qal li l-pajjiż mhux jattira investiment serju fejn dawn il-persuni maħmuġin qed iħossu li l-gvern Malti qed jipproteġihom. L-ammont ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qed jersqu lejn il-pajjiż qed jonqos.
L-ammont ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li qed jersqu lejn Malta qed jonqos fejn fil-credit insitutions, il-liċenzji niżlu minn 28 fl-2015 għal 25. Kull sena qed jonqsu. Mhux biss il-pajjiż mhux iżomm lil dawn il-banek fil-pajjiż iżda l-pajjiż qed jitlef bank wara l-ieħor għax qed ikunu żvelati stejjer wara xulixn ta’ dak li qed iseħħ fil-pajjiż. Dak li qed jiżdied hu l-investigazzjonijiet li qed iwasslu għal miżuri amministrattivi. Fl-2015 kien hemm erba’, fl-2016 kien hemm 12 waqt li fl-2017 kien hemm 23.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li kien Gvern Nazzjonalista li welled is-settur finanzjarju u ħoloq eluf ta’ impjiegi f’dan is-settur. Ir-rakkomondazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma maħsubin biex isaħħu l-istituzzjonijiet tal-pajjiż, biex il-liġi Malitja tkun iktar b’saħħitha u biex il-kontroll tal-Gvern ikun inqas u jkun hemm iktar trasparenza. Dna biex jiġi iktar investiment u jinħolqu iktar opportunitajiet ta’ investiment.
Ir-rakkomazzjonijiet li l-gvern mhux iwettaq huma li l-gvern jara min fejn ġejjin il-flus barranin, li l-MFSA ma jkollhix konflitt ta’ interess fil-qadi ta’ dmirha u li l-MFSA taqdi l-funzjoni tagħha f’Nexia BT u fil-Bank Pilatus.
Il-Gvern irid li jiġu f’Malta bank bħal-Pilatus Bank u jġib miegħu flus maħmuġin. Fuq iż-żgħir il-gvern jieħu azzjoni iżda fuq il-kbir ma jsir xejn; anzi jagħtihom protezzjoni. Il-Gvern irid li bil-permess tiegħu, min jisker il-liġi jibqa’ jiksirha. Min jgħatti l-kriminalita jsir kompliċi u kriminal hu stess.
Il-liġi tal-bejgħ tal-passaporti kienet liġi li tbigħ in-nazzjonalità u s-sovranità Maltija. Il-Gvern ried jagħmel kollox mistur; kif qed isir fil-qorti fil-każ tal-VITALS biex min seraq jibqa’ jisraq lill-pajjiż u jibqa’ jingħata protezzjoni.
L-Oppożizzjoni trid il-banek u l-investimet iżda bi flus nodfa b’negozji ta’ veru. Il-pajjiż daqt se jibda jbati l-konsegwenzi ta’ dawn il-kapriċċi li qed iħalli dan il-gvern, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.
//= $special ?>