Ambjent Lokali

Pożizzjoni qawwija kontra pompa tal-petrol f’Ħal Luqa

(Ritratt: Matthew Tabone)
Ħtieġa ta' policy ċara għall-pompi tal-petrol

Numru ta’ għaqdiet ambjentali se jinġabru quddiem l-Awtorita’ tal-Ippjanar dalgħodu sabiex isemmgħu leħinhom kontra l-iżvilupp ta’ pompa tal-petrol f’Ħal Luqa. Dan hekk kif illum, il-Bord tal-Ippjanar mistenni jiddeċiedi fuq din l-applikazzjoni għal żvilupp fuq art ODZ.

Il-permess diġa’ kien twaqqaf b’vot fil-5 t’April li għadda, meta ċ-chairperson tal-Awtorita’ ivvota kontra. L-għaqdiet iżda huma mħassba li jistgħu jsiru “manuvri” sabiex jinbidel l-eżitu tal-vot.

L-għaqdiet li qed joġġezzjonaw huma Flimkien għal Ambjent Aħjar, Din l-Art Ħelwa, Ramblers Association, Moviment Graffitti, BirdLife Malta, Friends of the Earth (Malta), Żminijietna, Nature Trust (Malta) u l-Kamp Emerġenza Ambjent.