Allarm falz ikkawża mumenti ta’ inċertezza fl-impjant tal-Enemed f’Ħas-Saptan meta għal xi ħin kien hemm xi ħaddiema li inħasbu mitlufin, b’riżultat li skattat operazzjoni delikata fil-post.
Aktard tard iżda rriżulta li la kien hemm splużjoni u lanqas nies mitlufin.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2.30pm meta kien maħsub li kien hemm 6 ħaddiema maqbudin f’mina fl-impjant tal-Enemed f’Ħas-Saptan. Fil-post intbagħat tim mediku biex jagħti l-ewwel għajnuna, kif ukoll Pulizija.
Iktar tard irriżulta li dan kien allarm falz u li s-6 ħaddiema li kienu maħsuba mitlufin instabu qawwijin u sħaħ. Dan għaliex ħarġu minn post li kien differenti mill-entratura li daħlu minnha.
//= $special ?>