Kurżitajiet Lokali

X’inhu dan l-oġġett stramb li ntlemaħ fil-Coast Road?

Filmat illi kiseb fl-aħħar sigħat Net News juri l-mument meta grupp ta’ żgħażagħ lemħu oġġett “jiddi fis-sema” u jimxi b’veloċita’ qawwija.

Il-każ jidher li seħħ fl-aħħar jiem waqt li huma kienu qed isuqu fiq Triq il-Kosta.

Meta tkellmu magħna qalulna li biex jiċċajtaw huma bdew jgħidu li hu UFO. Iżda imbgħad, anke huma stess ġew f’dubju dwar verament x’kien dak l-oġġett.

“Seta’ kien satellita, seta’ kien drone u forsi seta’ kien UFO? Ma nafux”, qalulna l-istess żgħażagħ.

Din mhix l-ewwel darba li persuni Maltin allegaw li raw UFO’s fuq pajjiżna. F’dan il-każ, l-aktar ħaġa stramba kienet il-movimenti li beda jagħmel dan l-oġġett fis-sema.

Ritratt meħud minn Triq il-Kosta