Lokali

Anzjana tweġġa’ fil-Belt Valletta fuq art perikoluża – l-appelli tal-KL injorati

Anzjana sofriet xi ġrieħi wara li żelqet fi Triq in-Nofsinhar, biswit it-Teatru Rjal.

Jirriżulta li din hi xi ħaġa komuna ħafna, b’iktar minn inċident wieħed kuljum, ikkawżat mill-materjal jiżloq li minnu hi magħmula l-art, bis-sitwazzjoni tkompli tiggrava minħabba s-sħana u x-xemx.

Fid-dawl ta’ dan, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta għamel diversi rapporti biex is-sitwazzjoni tkun rimedjata. Madankollu, dan baqa’ ma seħħx.