Lokali Qorti

Eks Surġent tal-Pulizija liberat mill-akkużi ta’ feriti gravi

L-eks Surġent Joseph John Grech ġie liberat mill-akkuża ta’ ferita gravi fuq Zouharir Ahmad Al Ghazal hekk kif ilbieraħ ingħatat is-sentenza mill-Qorti tal- Appell Kriminali.

Dan il-każ imur lura għal meta is-Surġent Grech kien stazzjonat fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid fejn kien irċieva rapport, li ‘hair dresser’ kienet qed tiġi aggredita fis-salon tagħha u li dan kien mar ta daqqa ta’ ponn f’wiċċha.

Waqt li is-Surġent kien qed jinvestiga dan il-każ irrizultalu li Al Ghazal kien miżżewweġ Maltija iżda li dan iż-żwieġ kien wieħed ta’ konvenjenza. Għalhekk hu rraporta lid-Dipartiment konċernat.

Peress li Al Ghazal ma kienx qed jiġi notifikat bil-proceduri kriminali istiwiti kontra tiegħu dwar l-incident ma’ Busuttil, is-Surġent iċċirkola messaġġ sabiex Al Ghazal jinstab. U jirriżulta li minħabba f’hekk, dan ħalef li jpattijielu.

Għal Grech deher l-avukat Joe Giglio.

Il-każ ta’ appell kien quddiem l-Imħallef Edwina Grima.