Lokali

FILMAT: Għasfur rari ħafna jżur lil pajjiżna

Matul l-istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, f’pajjiżna deher għasfur mill-iktar rari u rregolari li mhux soltu jżur lil pajjiżna: il-Gallozz tal-Faxxi.

B’kuluri mill-isbaħ, dan l-għasfur ġie nnutat mill-membri tal-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, Marcus Camilleri u Peter Paul Azzopardi fil-25 t’April. Dawn infurma lill-għaqda, li min-naħa tagħha talber verifika mill-ornitoloġisti indipendenti Natalino Fenech u Michael Sammut li kkonfermaw l-ispeċi.

Il-membri tal-għaqda baqgħu jsegwu lil dan l-għasfur sakemm ħalla pajjiżna fit-30 t’April. Matul dan il-perjodi, kienu studjati l-movimenti tal-għasfur u l-imġieba tiegħu, biex issa dawn id-dettalji mistennija jiġu ppubblikati f’ġurnal xjentifiku rinomat.