Minn issa ‘l quddiem, il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed jiddaħħal ħlas ta’ €250 għall-kors obbligatorju tal-LSEs meta dan sa issa kien dejjem offrut b’xejn lill-LSEs ingaġġati sabiex jitħejjew aħjar għall-klassi.
Dan ħabbru fuq Facebook il-kandidat tal-PN Justin Schembri.
“Filwaqt li nemmen fit-taħriġ pedagoġiku mogħti lil-LSEs, nemmen li dan il-kors għandu jsir qabel l-LSEs jingħataw l-inkarigu fil-klassijiet biex ikollna l-aħjar nies possibbli mal-aktar studenti li għandhom bżonn għajnuna”, qal Schembri fuq Facebook.
Hu stqarr li hemm bżonn riforma sħiħa f’dan il-qasam delikat li jaffetwa direttament lit-tfal.
//= $special ?>