Id-Danimarka ssieħbet ma’ pajjiżi oħra tal-Ewropa li ma jippermettux il-veli li jaħbu l-wiċċ.
Il-liġi taħseb speċifikament biex tevita l-ħabi tal-wiċċ u l-ilbies tal-burqa fost in-nisa Musulmani konservattivi. Intant, huma ftit in-nisa Musulmani fid-Danimarka li jilbsu tip ta’ velu li jgħattilhom wiċċhom kollu.
Id-deputati parlamentari f’Kopenhagen approvaw il-liġi speċifika li ppreżentat il-koalizzjoni taċ-ċentru-lemin fil-Gvern.
Id-Danimarka ssieħbet ma’ pajjiżi oħra tal-Ewropa li ma jippermettux il-veli u stil ta’ ilbies partikulari – bħan-niqab u l-burqa – għall-Iżlamiċi. Il-liġi taħseb speċifikament biex tevita l-ħabi tal-wiċċ u l-ilbies tal-burqa fost in-nisa Musulmani konservattivi. Intant, huma ftit in-nisa Musulmani fid-Danimarka li jilbsu tip ta’ velu li jgħattilhom wiċċhom kollu. Id-deputati parlamentari f’Ko-penhagen approvaw il-liġi speċifika li ppreżentat il-koalizzjoni taċ-ċentru-lemin fil-Gvern. Intant, il-Gvern Daniż spjega li d-direttiva mhix immirata kontra xi reliġjon u ma tipprojbix ix-xalel tar-ras, it-turbani jew il-kpiepel tradizzjonali tal-Lhud. Il-Ministru tal-Ġustizzja Daniż, Soeren Pape Poulsen, qal li huma l-Pulizija li jridu jużaw ‘is-sens komun’ f’każi fejn jaraw xi persuni qed jabbużaw il-liġi dwar in-niqab u l-burqa, li għandha tidħol fis-seħħ fil-bidu ta’ Awwissu. Il-liġi tippermetti li jitgħatta l-wiċċ ‘f’każi aċċettati’ bħal f’temp kiesaħ, jew b’liġijiet tat-traffiku (f’dan il-każ l-ilbies tal-elmu mis-sewwieqa tal-muturi). Intant, il-Gvern Daniż spjega li d-direttiva mhix immirata kontra xi reliġjon u ma tipprojbix ix-xalel tar-ras, it-turbani jew il-kpiepel tradizzjonali tal-Lhud.
Id-Danimarka tipprojbixxi l-veli li jgħattu l-wiċċ


