Internazzjonali

Jaqblu dwar Gvern ġdid

Il-PM Taljan Giuseppe Conte

Giuseppe Conte, għat-tieni darba f’ġimgħa, ippreżenta lista ta’ Ministri lill-Presdient Sergio Mattarella, hekk kif kien hemm qbil dwar Gvern ġdid Taljan. Gvern magħmul mil-Lega u l-Moviment Cinque Stelle.
Dan wara li Matteo Salvini, il-Kap tal-Partit Lega Nord, qal li ‘kellu jikkunsidra bis-serjetà’ l-aħħar offerta ta’ Luigi Di Maio, li jmexxi lill-Moviment Cinque Stelle, ‘biex, flimkien, jistimolaw it-tentattivi biex jamministraw lill-pajjiż flimkien’.
L-ewwel sforzi għal Gvern miż-żewġ partiti populisti ħabbtu ma’ intopp kbir, nhar il-Ħadd, meta l-President Taljan, Sergio Matterella, ma aċċettax lill-ekonomista Paolo Savona – il-magħżul ta’ Cinque Stelle u l-Lega – għall-kariga ta’ Ministru għall-Ekonomija. Savona, li għandu 81, fil-passat kien tkellem diversi drabi kontra l-ewro.
Mattarella, imbagħad, ħatar lil Carlo Cottarelli, eks-uffiċjal tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), biex jifforma Gvern proviżorju, magħmul mill-esperti, bil-ħsieb li jmexxi lill-Italja sa dakinar ta’ elezzjoni bikrija. Madankollu, Cottarelli, fl-aħħar jiem, naqas milli jifforma Gvern Taljan vjabbli.
Min-naħa tiegħu, Luigi Di Maio, li l-partit tiegħu ħareġ l-aktar b’saħħtu mill-elezzjoni inkonklussiva tal-4 ta’ Marzu, fl-Italja, ħeġġeġ biex Salvini ma jinsistix aktar dwar Savona bħala ‘il-kandidat’ għall-Ministeru tal-Ekonomija. Matteo Salvini kien mitlub ukoll biex jaqbel li Paolo Savona jingħata ‘kariga oħra’ fi Gvern Taljan ġdid potenzjali u issaz dan se jkun il-Ministru għall_Affarijiet Ewropei