Lokali Qorti

Jibda l-każ tat-3 pulizija li nstabu bid-droga f’Paceville

"Instabu bid-droga f'toilet mimli nies"

Tliet eks kuntistabbli tal-Pulizija, Leon Grech, Shawn Brincat u Malcolm Buhagiar, tressqu l-Qorti fl-aħħar jiem b’rabta mal-każ tad-droga f’Paceville – każ li kien żvelat mill-media fil-bidu tas-sena.

Wieħed mill-akkużati kien ilu biss ftit jiem fil-Korp. Tnejn minnhom kienu stazzjonati mar-Rapid Intervention Unit.

Il-każ qed jinstema quddiem il-Maġistrat Natasha Galea Sciberras.

Fil-Qorti, intqal illi l-akkużati instabu f’toilet mimli nies f’wieħed mill-istabbilimenti ta’ Paceville. Il-prosekuzzjoni qed tinsisti li d-droga misjuba f’pakkett kienet intiża biex tinqasam bejn Grech, Brincat u Buhagiar.

L-avukati Joe Giglio, Kathleen Grima, Arthur Azzopardi u Alfred Abela qed jidhru għat-tliet akkużati.