Sport Sport Ieħor

TENNIS: Kwalifikazzjoni storika għal Curmi fl-Open ta’ Franza tal-Juniors

It-tennista ta’ 15 -il sena Francesca Curmi kitbet paġna ġdida fl-istorja tal-Isport Malti hekk kif saret l-ewwel tennista Maltija li kkwalifikat għall-fażi finali tal-Open ta’ Franza tal-Juniors.

Curmi rnexxielha tikkwalifika wara li rebħet it-tieni logħba tagħha ta’ kwalifikazzjoni kontra t-tennista mit-Turkija Selin Ovunc f’żewġ sets bi skor ta’ 6-1, 6-3 f’logħba li l-Maltija ddominat mill-bidu sal-aħħar fejn ma tat qatt ċans lill-avversarja tiħdol fil-logħba.

Curmi kienet rebħet l-ewwel logħba ta’ kwalifikazzjoni kontra t-tennista Żvizzera Leoni Kung 6-7, 6-3 u 6-2.