Lokali

Tifel ta’ 9 snin ferut gravi wara li ttajjar

F'każ separat, mara Ukrena ittajret fil-Mosta

Tifel ta’ 9 snin weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza f’inċident li seħħ ilbieraħ fit-8:30pm fir-Rabat. Il-każ seħħ fl-inħawi magħrufa bħala Raba Nemel.

It-tifel intlaqat minn vettura tat-tip Peugeot misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena.

L-istħarriġ tal-Pulizija għadu għaddej.

U lbieraħ ukoll, f’każ separat, mara Ukrena ta’ 41 sena ittajret fil-Mosta, f’inċident li seħħ fi Triq Valletta. Hi ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

L-Ukrena intlaqtet minn vettura misjuqa minn mara ta’ 36 sena.