"Ċempilna lil tas-sanita' u qalulna biex nistennew"
Din li qed taraw fir-ritratt hi Triq Wigi Rosato, f’Bormla.
Il-likwidu li jidher mal-art hu drenaġġ li ilu ħiereġ aktar minn ġimgħa. U minħabba f’hekk, ir-residenti huma urtati.
Persuna li joqgħod fil-post qalilna illi meta ċempel lil tas-sanita’ “qalulna li fl-aħħar ta’ Ġunju ġejjin jiftħuh”.
Mara oħra qaltilna li qas biss jistgħu jiftħu tieqa bir-riħa insapportabbli.
//= $special ?>