Edukazzjoni Għawdex Lokali

Żewġ studenti Għawdxin jirbħu kompetizzjoni tal-Matematika; tifel ta’ San Benedittu jiġi t-tieni

Diversi studenti Maltin kisbu riżultati tajbin ferm minn fost eluf ta' tfal minn madwar id-dinja

Matthew Aquilina u Gabriel Parnis, żewġ studenti żgħar mill-iskola Primarja tal-Għarb f’Għawdex, ġew l-ewwel f’kompetizzjoni internazzjonali tal-Matematika imsejjħa SuperTmatic – kompetizzjoni li fiha jieħdu sehem eluf ta’ studenti minn madwar id-dinja kollha.

Matthew Aquilina rebaħ il-kompetizzjoni minn fost 22,000 student, filwaqt li Gabriel Parnis ġie l-ewwel minn fost 45,000 tifel u tifla.

Minn Malta, kien hemm diversi suċċessi għall-istudenti li jattendu l-Kulleġġ San Benedittu. Fil-fatt, Costantin Alexandru ġie fit-tieni post mill-kategorija tiegħu.

Għalliema li tkellmet ma’ Net News qaltilna li ħafna studenti jibżgħu mill-kelma ‘MATHS’ “pero mbagħad għandna dawk l-istudenti li fil-breaks tagħhom iddeċidew li jiġu jipprattikaw ftit Matematika mingħajr l-użu tal-Calculator. Kompetizzjoni bl-isem SuperTMatik li ssir online u li bis-saħħa tagħha l- istudenti jipprattikaw kif għandhom jaħdmu bl-iktar mod mgħaġġel biex dawn iwieġbu numru ta domandi.”

Il-prattika ssir fl-iskola, filwaqt li l-kompetizzjoni ssir online u fiha jippartecipaw studenti minn madwar id-dinja kollha bl-ammont totali bejn wiehed u ieħor hu 150,000 student fejn kull student seta jippartecipa fil-kategorija rispettiva tieghu.

Dawn huma l-istudenti ta’ San Benedittu li pparteċipaw:
Form 3 (minn 31,500 partecipanti)
Maria Spiteri – 16-il post
Liam Vella – 46 – il post
Mariah Costa – 195 -il Post

u tal form 4 (minn 27,800 partecipanti)
Costantin Alexandru – 2 post
Xylon Borg – 51 post
Luke Sultana – 82 post

Intant, fost l-istudenti tal-Għarb li pparteċipaw hemm ukoll Julia Cini li ġiet fir-4 post fil-kategorija tagħha. Julia, Matthew u Gabriel jidhru fir-ritratt hawn taħt flimkien mat-tfal l-oħra li pparteċipaw.