Għal sena oħra, il-Kulleġġ Maria Reġina qed jorganizza esibizzjoni ta’ pitturi u arti oħra oriġinali, bit-tema “Inkunu Responsabbli”, maħluqa minn studenti mill-Iskola Medja, miż-żewġ Skejjel Sekondarji, miċ-Ċentru tal-Wardija u mil-Learning Support Centre li kollha jiffurmaw parti minn dan il-Kulleġġ.
L-Istudenti ta’ dawn l-Iskejjel iddiskutew it-tema mal-Għalliema tagħhom u ħarġu b’xogħol li juru xi tfisser għalihom responsabbiltà lejhom infushom billi jieħdu ħsiebhom stess, jew ir lejn l-oħrajn, fosthom l-annimali u dawk anqas ixxurtjati. Fl-aħħarnett, riedu jwasslu wkoll messaġġ għal aktar responsabbiltà lejn l-ambjent u d-dinja tagħna.
L-esibizzjoni qed tittella’ fil-‘foyer’ tal-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-Furjana u nfetħet mill-Ministru tal-Edukazzjoni. Fil-preżenza wkoll tal-Prinċipal tal-Kulleġġ Patrick Decelis u d-Direttur Ġenerali tal-Edukazzjoni Maria McNamara, ngħataw kotba ta’ tifkira lil xi wħud mill-Istudenti, li x-xogħol tagħhom spikka.
Dawn ġew iġġudikati mill-artist Anton Calleja, li kkummenta kemm kien għoli l-livell tax-xogħolijiet.
//= $special ?>

