Lokali

Jinstab katavru fuq il-blat fiċ-Ċirkewwa

Pulizija ta' Malta
L-identità tar-raġel għadha ma ġietx magħrufa

Katavru ta’ raġel instab fuq il-blat fiċ-Ċirkewwa.

Kien għal ħabta tal-10.20 ta’ filgħodu meta l-Pulizija rċivew informazzjoni li deher katavru fuq il-blat fil-limiti tal-Mellieħa, fl-inħawi taċ-Ċirkewwa. Madanakollu, l-istqarrija tal-Pulizija tikkonferma l-aħbar ħarġet għall-ħabta tas-siegħa ta’ waranofsinhar.

S’issa l-identita’ tal-persuna li nstab bla ħajja għadha ma ġietx magħrufa. Il-każ għadda għand il-Maġistrat tal-Għassa Aaron Bugeja li ħatar diversi esperti biex jgħinuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.